Lokali Parlament

Mhux stabbilit x’se jsir mill-embrijuni li jibqgħu ffriżati…dawn huma ħajjiet

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li għadu mhux stabbilit x’se jsir mill-embrijuni iffriżati li jibqgħu iffriżati għaliex dawn huma ħajjiet umani.

Meta kienet qed titkellem fil-parlament dwar l-embrijuni, Claudette Buttigieg irriferiet għall-każ li seħħ fis-27 ta’ Jannar 2017 meta minħabba ħsara fl-inkubatur fl-Isptar kienu mietu embrijuni iżda ħadd ma jitkellem dwaru. Mhux stabbilit kemm mietu u kemm batew koppji f’dan il-każ.

Hi qalet li minkejja li kienet pubblika din l-informazzjoni dwar il-każ ma kinx hemm diskussjoni dwarha u hi inkwetanti li l-Awtorità ma ħarġet l-ebda dikjarazzjoni. Kien biss il-Ministru tas-Saħħa li ħareġ stqarrija u anki ċempillha dwar dan.

Hi qalet li kienet f’kuntatt dirett ma’ koppji li kellhom l-embrijuni tagħhom fl-inkubatur. Hi staqsiet x’kumpens se jingħataw. Hemm tmienja jew disa’ koppji involuti bl-ammont totali ta’ madwar 20 embrijun li mietu fl-inkubaturi.

Claudette Buttigieg tkellmet dwar ir-rata ta’ suċċess tal-IVF u qal li bejn Jnanar u Marzu 2016 twieldu 14-il tarbija. Ma ssemma mkien li tmienja minnhom twieldu minn ċikli ġodda u sitta minn ċikli ta’ iffrrżar tal-bajd tal-mara.

Dan hu suċċess kbir minnu innfisu. Kien hemm iktar mid-doppju ta’ ċikli fejn intużaw il-friski mill-iffriżati. Din hi teknoloġija ġdida u moderna. Ejja nkunu favur il-ħajja b’kull mod iżda irridu nsaqsu x’se jiġri minn embrjuni iffriżati li ma jintużawx għaliex dawn huma bnedmin u ħajja umana ffriżata u merfugħa.

M’għandux jinħoloq supermarket, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li hemm diversi perspettivi ta’ dan li qed iseħħ. Il-mistoqsija kbira tibqa’ jekk embrijun iffriżat li jibqa’ iffriżat hux se jintrema, hux se jintuża għax-xjena u x’se jsir minnu.

Il-PN mhux kontra l-IVF, sostniet Claudette Buttigieg, li qalet li l-Ministru Helena Dalli kitbet lill-persuni li għaddejjin minn dan il-proċess u nformathom li se jingħataw il-100 siegħa leave.

Hi qalet li hu stramb kif il-Ministru Dalli kisbet id-dettalji ta’ dawn in-nies meta din hi protetta bil-protezzjoni tad-data. Tnaqqas wkoll in-nies barranin li qed jiġu Malta biex jagħmlu l-IVF.