Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jitħabtu għal iżjed minn siegħa biex tfew nirien li ħakmu u qerdu parti sostanzjali miż-żona li tgħaqqad il-Wied tal-Lunzjata mal-Wied tax-Xlendi, f’Għawdex.
In-nar infirex malajr kawża tas-sħana qawwija kif ukoll ammont ta’ ħaxix niexef fiż-żona. Fuq il-post waslu l-membri tal-protezzjoni ċivili li kkontrollaw in-nar, iżda mhux qabel laħqu nqerdu wkoll xi siġar.
Għalkemm jista’ jkun li dan kien każ ieħor tal-hekk imsejjaħ wild fire għalissa mhux ikun eskluż lanqas li n-nar tqabbad minn xi ħadd b’mod aċċidentali jew apposta.
Ritratti: Gozo Weather Page
//= $special ?>