– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sellem il-memorja ta’ Pietru Pawl Busuttil u qal li Pietru Pawl Busuttil se jibqa’ mfakkar għad-determninazzjoni u l-kuraġġ favur is-sewwa. Dawn huma valuri li l-pajjiż għandhom jibqgħu miżmuma.
Fl-Aġġornament, Edwin Vassallo sellem lil Pietru Pawl Busuttil, li kien vittma ta’ frame-up u ta’ persuni li reidu jakużawh b’delitt u riedu jeliminawh meta kien l-isptar. Dak kien żmien fejn it-theddida għad-demokrazija kienet mhedda bi vjolenza.
Dawn kienu attakki li kienu jsiru b’mod reali fuq in-nies. Id-demorkazija ktun attakkata wkoll meta tkun attakkata l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Raymond Crauana kien spiċċa vittma ta’ din il-vjolenza.
Edwin Vassallo qal li l-attakki fuq id-demokrazija huma iktar sottili u jsiru meta fil-pajjiż ikun hawn gvern totalitarju u dittatur li ma jistax ikun akkużat b’dawn għaliex ikun qed jiggverna f’demokrazija. Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm tixbieħa ferma bejn il-perjodu ta’ Pietru Pawl Busuttil u llum.
Dak iż-żmien min kien jopponi kien juża l-vjolenza li tidher u b’oppressjoni li tinħass u b’pulizija fuq in-naħa ta’ min jikkmanda fejn il-bniedem ma kellux il-jedd jgħid fhix jemmen. Edwin Vassallo qal li llum il-Gvern jemmen fil-liberaliżmu li fejn hemm id-differenza qed jipprova jdaħħal l-uniformità bla kunsiderazzjoni għall-inklużjoni soċjali.
Edwin Vassallo appella biex ma jkunx hemm libertinaġġ flok liberaliżmu. Hu appella wkoll lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex jiddefendi id-demokrazija. Illum l-Ispeaker qed jieħu rwol awtonomu li jiddefendi d-demokrazija.
L-Ispeaker għandu jsir l-awtorita li jħares id-demokrazija mhux biss jħares l-istanding orders. Il-kostituzzjoni l-ġdida m’għandhix twassal għal iktar libertinaġġ, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-att erojku, il-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu ma jindifen qatt.
Edwin Vassalo tkellem kuoll dwar il-ftuħ tal-ħwienet nhar ta’ Ħadd u qal li l-Gvern ippubblika avviż legali li jemenda avviż legali ieħor li seta’ nkiteb aħjar. Hu qal li kien hemm il-ħlas ta’ €700 liċenzja għal min jiftaħ nhar il-Ħadd.
Hu appella lill-gvern biex jieħu pariri dwar ftuħ tal-ħin fl-4 am minħabba r-residenti. Trid issir distinzjoni bejn ħwienet ta’ natura differenti. Hu appella wkoll għal-lokalitajiet turistiċi u qal ukoll li ma jistax jibqa’ jintuża lingwaġġ li kien diġà tneħħa.
//= $special ?>