Lokali

Żewġ Maltin jingħataw unur mir-Reġina Eliżabetta II għall-ħila fit-tmexxija

Żewġ Maltin (Eman Borg u Vladyslava Kravchenko) jingħataw unur mir-Reġina Eliżabetta II għall-ħila fit-tmexxija
Il-Maltin kienu fost is-60 żagħżugħ u żagħżugħa li rċevew dan il-premju għall-ħiliet fit-tmexxija.

Ilbieraħ ir-Reġina Eliżabetta II ippreżentat lil żewġ Maltin bil-premju tal-‘Queen’s Young Leaders Award’ f’Buckingham Palace. Il-Maltin li ingħataw dan l-unur huma Eman Borg, ta’ 22 sena minn Għawdex fejn ingħata dan l-unur wara li wera tmexxija mill-aqwa f’sapport lill-komunità LGBTI+ u Vladyslava Kravchenko ta’ 25 sena mill-Qawra ingħatat dan il-premju għall-mod kif qajmet kuxjenza dwar l-isports għall-persuni b’diżabilità.

Ir-rikonoxximent jippremja dawk iż-żgħażagħ b’kwalitajiet eċċezzjonali ta’ tmexxija. Filfatt, il-premju jismu ‘Queen’s Young Leaders Award’ u jippremja lir-rebbieħa għall-isforz tagħhom biex jagħmlu bidla għall-aħjar fil-komunitajiet rispettivi tagħhom.

Il-prinċep Henry ingħaqad mar-Reġina fejn ta awgurju lil dawn il-persuni f’din iċ-ċerimonja daqstant prestiġjuża.