Festi Lokali

FILMAT: Għada l-ispettaklu ta’ karti fir-Rabat

Fi tmiem din il-ġimgħa fir-Rabat, Malta, qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Pawl. Festi Speċjali anke fl-okkażjoni tal-1950 sena mill-martirju ta’ dan il-qaddis.

Ta’ kull sena fil-marċ ta’ filgħodu sar sinonimu ma din il-lokalità spettaklu ta’ karti kkuluriti li jiżfnu mal-mużika.

Għal din is-sena u allura għal dawn il-festi speċjali il-grupp taż-Żgħażagħ ħejja spettaklu ikbar minn dawk tas-snin imgħoddija.

Dan l-ispettaklu jaħdem fuq l-istess kunċett ta’ nar sinkronizzat mal-mużika. U għalhekk tkun użata wkoll sistema li tintuża wkoll biex jinħaraq in-nar tal-Festa. Għalhekk il-preparamenti ta’ dawk involuti jkunu ilhom li bdew u jilħqu l-qofol tagħhom f’dawn is-siegħat fejn ix-xogħol ta’ sena sħiħa jitpoġġa f’postu lest biex jagħti l-ispettaklu li tant ikun mistenni.

Filmat huwa dak ta’ sentejn ilu.