Lokali

Ineħħu x-xbieha ta’ Kristu minn reklam kontroversjali

Reklam kontroversjali li feġġ ħdejn l-università ta’ Malta li jirreklama l-ikel permezz ta’ pittura li turi t-twaqqif tal-Ewkaristija, spiċċa fil-mira ta’ xi persuni billi b’mod intenzjonat neħħew il-figura ta’ Kristu minn dan ir-reklam.

Kienu diversi l-persuni li lmentaw matul il-jum dwar dan ir-reklam kontroversjali li uża xbieha qaddisa biex irreklama prodotti tal-ikel.