Fil-Palazz Verdala, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, is-Sibt filgħodu nediet l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu. Din is-sena dan il-ballu se jsir fl-ewwel sibt ta’ Awwissu jigifieri fil-5 ta’ Awwissu.
Dan il-ballu se jkun l-ewwel attività uffiċjali li l-qliegħ tiegħu se jmur għall-Community Chest Fund. Għalhekk, il-president ta’ Malta, filwaqt li saħqet li l-attendenza għal dan il-ballu dejjem tkun tajba ħafna, appellat biex il-ġenerożità tal-poplu Malti tissokta.
Tajjeb jingħad li dan il-ballu ilu jkun organizzat minn żmien l-Ingliżi.
B’referenza għax-xogħol li qed twettaq il-Malta Community Chest Fund, Marie Louise Coleiro Preca qalet li ix-xogħol tal-Malta community Chest Fund kull sena qed jiżdied. Semmiet kif din is-sena n-numru ta’ talbiet għall-għajnuna rdoppja, u anke rdoppja l-valur tal-għajnuna mogħtija lil dawk fil-bżonn.
Il-President tar-Republika qalet li ebda persuna ma għandha titħalla waħedha f’każ ta’ xi problema u għalhekk għamlet l-appell biex tkompli tissaħħaħ il-kultura ta’ inklużjoni, solidarjetà u dinjità.
//= $special ?>