Edukazzjoni Lokali

L-ICA Festival fl-MCAST

L-Institut għall-Art Kreattiva ilna torganizza Ezibizzjoni fl-aħħar tas-sena għal dawn l-aħħar tminstax –il sena. F’dawn l-aħħar sentejn, dan l-avveniment kulturali ħa żvolta ġdida u nbidel fi festival, fejn l-Institut jiġi mibdul f’ villaġġ artistiku. Il-festival huwa wirja tal-aqwa xogħlijiet tal-istudenti tad-dipartimenti kollha tagħna. F’kull serata jkun hem aċċenn għal dipartiment partikolari fejn isiru għadd ta’ attivitajiet ta’ natura interattiva li permezz tagħhom jinfetaħ djalogu bejn l-istudenti, il-professjonisti, l-industrija u l-għalliema.

L-isem tal-Festival din is-sena huwa It all starts here. Fil-fatt il-festival huwa mhux biss il-bidu tal-karriera tal-istudenti tal-Instituti, imam wisq iktar il-mument li fih bosta student ħerġin mill-iskejjel sekondarji, jintebħu bi-sejħa tagħhom biex jkomplu l-istudji tagħhom f’dan l-Institut. Il-Festival jiftaħ il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju filgħaxija u jibqa’ għaddej sat-Tlieta 4 ta’ Lulju. Mis-Sibt ‘il quddiem il-wirja tkun miftuħa mid-9 ta’ filgħodu sad- 9 ta’ filgħaxija, u l-attivatijiet iseħħu filgħaxija. Id-dħul huwa b’xejn.

Il-Ġimgħa hia ddeikata lid-dipartiment tal-Arti Performattiva. Żfin Malta ħa jippreżentaw wekxop dwar il-moviment u l-istudenti ħa juru x-xpgħol teatrali tagħhom. Il-jum għad-dipartiment tal-Fine Art huwa s-Sibt fejn ħa jkollhom preżentazzjonijiet tax-xogħlijiet tagħhom. Il-Ħadd hija l-iktar ġurnata impennjativa fejn filgħodu nibdew bil-preżentazzjonijiet tal-vidjows mużikali. Tard waranofsinhar, ikun hem Q & A mill-alumni tagħna u wara ikun hemm iċ-ċerimonja tal-premijiet tal-istudenti tal-Media, Ġurnaliżmu u Fotografija.

Id-dipartiment tal-Fotografija ħa jorganizza photo hunt u review session ta’ xogħlijiet ta’ natura fotografika. Is-serata tagħlaq b’ drive-in cinema fejn fiha l-istudenti ħa juru l-aqwa filmati tagħhom. It-Tnejn huwa l-jum għad-dipartiment tad-3D design. Is-serata tiftaħ b’session minn Ms Elaine Falzon dwar fondi ghad-disinjaturi u b’master class minn Adrian Mamo dwar set design. Wara jkun hem l-awards għall-istudenti tad-disinn Il-festival jagħlaq it-Tlieta b’attivitajiet mid-dipartimenti tad-Disnn Grafiku, Media Interattiva u Game Art.

L-ewwel avveniment ħa jkun werkxop dwar kif tibni logħba, li tiġi segwita miin Behance Portfolio review. Is-serata tagħlaq b’networking session.

Il-Festival huwa mgħejjun mill-Kunsill tal-Art F’Malta, il-Ministeru tal-edukazzjoni, Banif Bank, Powerhouse, Studio Seven, kif ukoll għadd kbir ta’ sponsors oħrajn.