Knisja Lokali

Sitt żgħażagħ ordnati saċerdoti.

L-ordni presbiterali ta’ sitt djakni.

Il-Ġimgħa filgħaxija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwan saret l-ordni presbiterali ta’ sitt djakni.

Is-sitt djakni, tliet djocesani u tliet reliġjużi, ġew ordnati sacerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Dawn huma: Dun Sinclair Bugeja, Patri Clive Camilleri, Patri Ramon Farrugia, Dun Ryan Lee Pace, Dun Mark Spiteri, u Patri Aaron Zahra.

F’Kon-Katidral mimli bi qraba u mistednin tas-sitt djakni u f’ċerimonja li wkoll saret fl-istess waqt li l-Knisja Kattolika qed tfakkar l-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl, Mons. Arċisqof appella lis-saċerdoti l-ġodda biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom skont l-Evanġelju u mingħajr ebda discount fuq il-kelma t’Alla.

L-Arċiqof saħaq li l-festa tal-ordinazzjoni mhijiex Jum il-premjazzjoni ta’ li għamlu sa issa imma l-bidu ta’ triq twila li tirrekjedi ħafna xogħol u responsabbiltà.