Internazzjonali

20 persuna jitilfu ħajjithom f’attakk suwiċida fil-Belt Kapitali Sirjana

Madwar 20 persuna nqatlu f’attakk suwiċida fil-kapitali Sirjana Damasku.

Dan wara li l-forzi tas-sigurta Sirjani interċettaw tlett karozzi b’terroristi fihom.

Filwaqt li żewġ karozzi twaqfu milli jkomplu fi triqthom u jwettqu attentat, it-tielet karozza rnexxielha tisgiċċa u t-terrorista li kien hemm fiha jisplodi lilu nnifsu.