Lokali Qorti

4 żgħażagħ arrestati b’rabta ma’ sejba droga fil-Ħamrun

Fil-jiem li ġejjin mistennija jitressqu l-Qorti 4 Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u 23 sena, b’akkużi relatati ma’ traffikar u pussess ta’ droga.

Dan hekk kif wara ħidma intensiva li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju, ġew arrestati ż-żgħażagħ waqt rejd li sar fi Pjazza San Pawl, il-Ħamrun, hekk kif nstabu fil-pussess ta’ droga allegatament raża, il-pjanta u l-ħaxixa tal-kannabis.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.