Sport

Eks-għalliem tas-Sekondarja, jirbaħ it-titlu tal-WBO welterweight kontra l-veteran Manny Pacquiao

Eks-għalliem Awstraljan ħasad għal kollox liċ-ċampjin renjanti Manny Pacquiao waqt ġlieda għat-titlu mondjali li ntlagħbet ġewwa Brisbane fl-Awstralja.

Jeff Horn, rebaħ b’mod unanimu bl-iskor ta 117-111, 115-113, u 115-113.

Il-Filippin ta’ 38 sena sostna li aċċetta t-telfa u d-deċiżjoni tal-ġurija, u għaldaqstant din kienet ir-raba’ telfa tiegħu fl-aħħar disa’ ġlidiet.

Horn, ta’ 29 sena, issa rebaħ 17 u temm fi dro ġlieda waħda, fl-aħħar 18.

Jeff Horn, magħruf ukoll bħala ‘The Hornet’ beda l-esperjenza tiegħu fil-boxing 11-il sena ilu, hekk kif xtaq jiġi mħarreġ aktar fl-awto difiża. Sa ftit tax-xhur ilu kien għadu qed jgħallem fi skola Sekondarja.