Waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li saret bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd filgħaxija inġabret is-somma ta’ €658,039. Din is-somma tinkludi s-somma li nġabret waqt il-programm Xarabank il-ġimgħa l-oħra.
Din is-sena l-maratona ta’ 53 siegħa ta’ volleyball bla waqfien kienet karatterizzata minn xemx u sħana qawwija. Maratona li apparti l-40 plejer, involviet ukoll il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 300 voluntier.
Minn din il-Maratona, il-flus kollha miġbura se jmorru b’risq il-110 resident tad-dar tal-providenza.
L-ispejjeż tad-Dar tal-Providenza huma kbar tant li din teħtieġ €4 miljun fis-sena biex tibqa għaddejja twettaq il-proġetti.