Spettaklu ta’ karti jiżfnu mal-Mużika, dan huwa dak li segwew mijiet ta’ persuni dalgħodu fil-pajzza tar-Rabat.
Dan sar kif inhi t-tradizzjoni fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl fir-Rabat stess. Din is-sena kienet sena speċjali aktar mis-soltu minħabba li qed tkun ċelebrata l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl.
Spettaklu li kull sena qed jattira dejjem aktar nies u saħansitra mijiet ta’ turisti. Spettaklu li affaxxina lil dawk kollha li segwewh hekk kif beda eżatt mat-tokki ta’ nofsinhar.
Dan l-ispettaklu jaħdem fuq l-istess kunċett tal-logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika.