6 Somali nżammu taħt arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati b’pussess u traffikar tad-droga suspettata raża, pjanta tal-kannabis u kif ukoll kokaina.
Dan wara li matul il-lejl li għadda, grazzi għall-ħidma tal-iskwadra ta’ Kontra d-Drogi flimkien mal-Pulizija tad-distrett u t-Taqsima tal-Klieb, s-Somali nqabdu f’Paceville, fil-proċess li jitraffikaw id-droga.
L-akkużati, li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u l-25 sena ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>