Iċ-Champions tad-Dinja l-Ġermanja rebħu t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet għall-ewwel darba wara li għelbu liċ-Ċili 1-0 fil-finali. Il-gowl rebbieħ wasal fl-20 minuta meta Timo Werner ħa vantaġġ minn żball ta’ Marcelo Diaz, avvanza u qassam għan-nofs lejn Lars Stindl li skorja f’lasta vojta.
Dan is-suċċess wasal għall-ewwel darba minkejja li l-kowċ nazzjonali Joachim Loew għażel li jħalli barra mill-iskwadra numru ta’ plejers stabbiliti.
//= $special ?>