Internazzjonali

Jinqabad wara 30 sena l-kap ewlieni tat-traffikanti tad-droga fil-Brażil

Wara 30 sena mfittex, il-Pulizija fil-Brazil irnexxielhom jaqbdu kap ewlieni ta’ grupp ta’ traffikanti tad-droga. Ir-ragel, Luiz Carlos da Rocha hu meqjus li hu l-kap ta’ imperu kbir ta’ traffikar tad-droga fl-Amerika Latina.

Biex jevita li jinqabad, Rocha kien għamel kirurġija plastika f’wiċċu biex ma jintgħarafx.

Rocha fl-assenza tiegħu kien kundannat diġa għal 50 sena ħabs. Il-grupp tiegħu kien jipproduċi l-kokaina fil-Bolivja, il-Peru u l-Kolombja qabel ma tintbagħat lejn l-Ewropa u l-Istati Uniti.