Somalu ta’ 21 sena nżamm taħt arrest wara li nqabad fil-pussess ta’ 4 pakketti droga kokaina. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu hekk kif Abdimajid Noor Ismael ġie arrestat f’Paceville wara li nqabad minn uffiċjali tal-Pulizija jġorr fuqu d-droga.
Filwaqt li s-Somalu ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, fosthom dik ta’ traffikar, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, anke’ minħabba l-fatt li ż-żagħżugħ m’għandux residenza fissa.
//= $special ?>