It-tfajla Russa ta’ 14-il sena għadha qed tissielet bejn ħajja u mewt wara li għal xi raġuni mhux magħrufa ttajret minn karozza fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.
Skont il-Pulizija, iż-żagħżugħa, li għalissa għad m’hemmx aktar dettalji dwarha, jidher li kienet qed taqsam it-triq quddiem lukanda ewlenija fl-istess triq, xħin, għall-ħabta tal-3.45pm, ittajret minn karozza misjuqa minn mara ta’ 39 sena li toqgħod l-Imġarr.
Triq il-Kosta kienet temporanjament magħluqa miż-żewġ naħat.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>