Raġel ta’ 64 sena weġġa’ gravi meta dalgħodu nqabad bejn żewġ karozzi f’inċident li seħħ fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun, fl-inħawi ta’ Bir id-Deheb.
Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10a.m. meta karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 46 sena minn Ħal-Għaxaq, ħabtet f’karozza oħra li kienet ipparkjata. B’konsegwenza ta’ dan, il-karozza li kienet ipparkjata imxiet u r-raġel ta’ 64 sena mill-Kalkara nqabad bejn iż-żewġ karozzi li kienu pparkjati.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 64 sena, l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>