Lokali

Anzjan ta’ 72 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed isuq ir-rota f’Ħaż-Żabbar

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Anzjan ta’ 72 sena weġġa’ gravi wara li llum intlaqat minn karozza waqt li kien qed isuq ir-rota fi Triq il-Kapuċċini f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, meta waqt li l-anzjan kien qed isuq ir-rota, hu ntlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 57 sena mix-Xgħajra.

L-anzjan li jgħix Ħaż-Żabbar ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.