Lokali

Boat party li spiċċa bil-banda

Barrani interrogat wara li saret ħsara fuq karozza

Kienet xena mhux tas-soltu fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema lbieraħ bil-lejl meta erba’ karozzi tal-Pulizija dehru jaslu b’veloċita’ kbira fiz-zona fejn jitrakkaw id-dgħajjes illi jintużaw għall-boat parties. Il-Pulizija fil-fatt kienu imsejjħa ftit qabel nofsillejl meta allegatament żviluppa argument fuq waħda mid-dgħajjes.

Dan is-sit huwa infurmat illi ż-żgħażugħ li qala’ l-inkwiet kien Portugiż. Sar ukoll rapport minħabba ħsarat li saret fuq waħda mill-karozzi ipparkjati fil-viċin.

Ħadd ma weġġa’ fl-argument li inqala’, u l-Pulizija ikkontrollaw is-sitwazzjoni fi ftit ħin.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.