Internazzjonali

Vittmi f’inċident tat-traffiku fil-Ġermanja

Kien hemm 18-il persuna li mietu u 30 persuna li weġġgħu  wara li xarabank inħakmet min-nar wara li ħabtet fuq l-autobahn A9 fin-naħa t’isfel tal-Ġermanja. Ix-xarabank ħabtet ma’ trakk viċin Stammbach, in-naħa ta’ fuq ta’ Bavaria. Fuq ix-xarabank kien hemm 46 passiġġiera u żewġ sewwieqa.

Minn dawk li salvaw hemm min jinsab fil-periklu tal-mewt. Diversi helikopters tas-salvataġġ ingħaqdu ma’ ħaddiema tal-emerġenza fuq il-post, hekk kif il-pulizija għalqu l-awtrostrada. Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.