Lokali

FILMAT: Jidħol fid-dar ta’ żewġ anzjani u jisraqhom; appell għall-informazzjoni

Filmat li qed jinxtered fuq il-midja soċjali juri raġel li nhar l-Erbgħa li għadda daħal fid-dar ta’ żewġ anzjani f’Ħal Luqa u seraqhom.

Ir-raġel waqt jidher jippassiġġa, f’ħin minnhom daħal fid-dar tal-anzjani u qalilhom li qed jiġbor il-flus għall-karita’. Kif sab ċans, hu fil-pront ħataf il-basket tal-anzjani u ħarab bih.

Diversi persuni qed jitolbu l-għajnuna biex kull min għandu informazzjoni dwar dan ir-raġel, x’aktarx barrani, jgħaddiha lill-Pulizija mill-aktar fis.

Fortunatament l-anzjani ma sofrew l-ebda ġrieħi.