Internazzjonali Kurżitajiet

Ġenituri jaqilgħu multi jekk it-tfal jaslu tard l-iskola

Ġenituri li t-tfal tagħhom qed jaslu ta’ spiss tard għall-iskola ġew imwissa li jistgħu jaqilgħu l-multi. Skejjel u l-kunsilli f’Essex, Hampshire u West Midlands qed iżidu l-multi ta’ £60 jekk it-tfal jaslu wara d-disgħa ta’ filgħodu. Il-multa kapaċi titla’ sa £120 jekk ma titħallasx sa 21 ġurnata.

Ingħata parir biex il-ġenituri jieħdu lit-tfal tagħhom l-iskola minflok iħalluhom imorru waħedhom biex jaċċertaw li jaslu fil-ħin. Kelliem għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni qal li jekk it-tfal ma jitilfux ħin mill-lezzjonijiet, mhux biss jibbenifikaw mit-tgħalim li jieħdu, iżda wkoll jidraw ikunu puntwali fuq il-post tax-xogħol.