Lokali Parlament

Il-bdiewa u r-raħħala għandhom ikunu mgħejjuna dwar l-artijiet

– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex il-bdiewa u r-raħħala jkunu mgħejjuna dwar it-trasferimenti tal-artijiet.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-Awtoorità tal-Artijiet Toni Bezzina tkellem dwar il-problemi li għandhom il-bdiewa u r-raħħala fit-trasferiment tal-artijiet.

Jeħtieġ jitwettaq dak li ż-żewġ partiti qablu miegħu billi jibdew id-diskussjonijiet biex l-interess tal-bdiewa li lesti jittrasferixxu l-art tagħhom ikunu salagwardjati. Hu qal li l-bdiewa ġenwini m’għandhomx ikunu diskriminati minħabba dawk il-ftit li jabbużaw.

Jeħtieġ isir rendikont tal-propjetà li għandu l-gvern u għandu jsir eżerċizzju dwar l-art li mhux qed tinħadem biex din tingħata lil irid jixtieq jħaddimha. Dwar ir-rati tal-qbiela, hu qal li l-qbiela tal-art agirkola jew ċnus ta’ irziezet għandhom jinħarġu b’rati sussidjati biex dawn ma jispiċċawx mazzra mal-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jikkunsidra li l-qbiela tinqaleb f’ċens minħabba l-banek u s-self li l-bdiewa jkollhom bżonn. Dwar ħruġ ta’ offerti meta jkun hemm art agirkola, Toni Bezzina qal li għandha ssir miżura biex f każ ta’ art agrikola l-offerti jsiru minn minn bdiewa u raħala ġenwini.

Toni Bezzina qal li l-akbar problema huma z-zijiet li jkunu qed jaħdmu l-artijiet u x’se jsir meta dawn jirtiraw. Jeħtieġ li din l-art tkun trasferita biex b’hakk jingħata leħen lis-settur u servizz lill-komunità agrikola biex din tavvanza u timxi ‘l quddiem.