-Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li fis-settur tal-artijiet saru żbalji koroh u skandli kbar għalkemm ma kellhom l-ebda effett fuq l-elettorat.
Hu l-obbligu tal-Oppożizzjoni li tfakkar dak li ġara. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Opożizzjoni mhix se ddawwar wiċċha n-naħa l-oħra meta s-sens ta’ ġustizzja u trasparenza ma jkunux osservati.
F’diskors dwar l-Awtorità tal-Artijiet, id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-espropriju u qalet li hemm wisq nies li batew minn din l-inġustizzja.
Claudette Buttigieg qalet li dawn il-weġgħat għandhom ikun indirizzati u sostniet li l-proposta li l-flus għall-espriopriju jittieħdu mill-flus tal-Awtorità hi konkreta.
Hi semmiet id-diġitazzjoni tad-dokumenti u qalet li din hu problema f’diversi setturi. Claudette Buttigieg qalet li l-poplu m’għandux l-informazzjoni dwar l-artijiet u għalhekk is-sistema diġitali għandha tkun aċċessibbli.
Il-poplu għandu jkollu indikazzjoni dwar kemm hu l-ammont ta’ flus huma dovuti f’espropriju. Id-deputat Nazzjonalista qalet li n-negozjanti mhux ikunu trattati bl-istess mod.
//= $special ?>