-Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus tkellem fil-parlament dwar il-policy dwar it-torrijiet u dwar jekk il-pajjiż hux preparat għal inċidenti bħal dawk li seħħu fl-Ingilterra meta nħaraq torri b’appartamenti.
Fil-parlament Ryan Callus semma ż-Żonqor u appella għal soluzzjoni għaliex il-permessi għadhom ma nħarġux. Dwar il-proċedura tal-ippjanar, hu appella lill-ħaddiema tal-Awtorità biex isegwu s-summary procedure.
L-Oppożizzjoni ma kinitx kontra l-proċess tar-regolarizzazzjoni għaliex jeżistu binijiet b’affarijiet żgħar li m’humiex skont il-permessi.
Is-sistema mhix waħda ġusta, sostna Ryan Callus, li kompla li r-rapport qed jgħid li kienu kompluti 550 applikazzjoni u deċiża 146. Hu staqsa x’inhi din id-differenza u tkellem ukoll dwar il-billboards fejn sostna li ħewġ bill-boards tal-PL ma kellhomx permess.
L-Awtorità kienet taf li dawn kienu billboards illegali u turi kemm fl-aħħar erba’ snin l-Awtorità tal-Ippjanar saret ħaġa waħda mal-Gvern.
Ryan Callus qal li l-Kumitat dwar Ħal Mula għadu ma ltaqa’ qatt meta dan kien approvat miż-żewġ naħiet. Hu staqsa x’sar minnu l-pjan dwar Paceville u mhux stabbilit x’se jsir minnu wara l-fjask li għamel il-Gvern.
Dwar l-assistenza lill-kunsilli lokali, Ryan Callus staqsa kmem ingħataw fondi l-kunsilli lokali mill-fondi li ġġenerat l-Awtorità tal-Ippjanar.
Ryan Callus tkellem dwar il-parkeġġi u qal li ma jistax ikun li din il-problema tkun abbandunata. Għalhekk il-fondi għandhom imorru għall-parkeġġ.
Hu qal li fl-Awtorità saret diskriminazzjoni kontra diversi ħaddiema fejn anki hemm persuni li bagħu ma ngħatawx promozzjoni mill-Bord tal-Appell iżda xorta baqgħu ma daħlux fis-seħħ.
//= $special ?>