Lokali Parlament

Il-pajjiż għandu juża iktar l-ilma sekondarju

– Godfrey Farrugia, PD

Id-deputat Godfrey Farrugia appella biex isir iktar użu mill-ilma sekondarju.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-Awtorità għas-Servizzi tal-ILMA (WSC) Godfrey Farrugia qal li l-ilma hu wirt dinji u hu indispensabbli. Hu tkellem dwar in-nuqqas ta’ bjar adegwati fid-djar il-ġodda meta dawk antiki kollha għandhom.

Hemm ukoll problema li biha l-ilma minn dawn id-djar qed jintefa’ fid-drenaġġ. Dwar il-ħarsien tal-widien, Godfrey Farrugia qal li dawn għandhom ikunu protetti għax mhux isir biżżejjed.

Hu tkellem dwar l-użu tal-ilma agrikolu u qal li hu tajjeb li dan l-ilma se jkun bla ħlas. Il-bidwi se jkun jaqbillu jieħu ilma minn din is-sistema Hu ppropona li jkun hemm sistmi li bihom dan it-tip ta’ ilma jibda jintuża għal skopijiet sekondarji fid-djar.