– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna li l-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex għandhom bżonn riġenerazzjoni u element ta motivazzjoni ġdida.
Fl-Aġġornament tal-parlament Robert Cutajar sellem lis-setturi li hu kien isegwi fl-aħħar leġislatura u appella biex ikun kunsiderazzjonijiet fis-setturi fosthom dawk tal-anzjani li tnaqqsulhom is-servizzi.
Hu appella wkoll biex il-ħatriet fil-bordijiet isiru b’effiċjenza fejn il-persuni nominati jkunu lil hinn mill-politika partiġġjana. Dwar is-settur tal-persuni b’diżabbiltà hu qal li f’dan is-settur kien hemm diskussjoni ħajja.
Hu qal li se jkun qed jifhem is-settur tal-kunsilli lokali biex tingħata injezzjoni ta’ motivazzjoni għaliex dan is-settur jeħtieġlu element ta’ riġenrazzjoni.
Robert Cutajar sostna li l-Oppożizzjoni lesta toffri l-id tal-kooperazzjoni fis-settur tal-kunsilli lokali.
//= $special ?>