L-ekscaptain u difensur ta’ John Terry ingħaqad ma’ Aston Villa. Wara li ntemm il-kampjonat Terry ħalla lil Chelsea wara 21 sena jilgħab magħhom u beda jfittex klabb ieħor la darba nħall minn mal-kuntratt li kellu maċ-champions Ingliżi.
Ma’ Chelsea Terry lagħab 690 darba u rebaħ diversi unuri fosthom ħames darbiet il-Premiership Ingliż, ħames darbiet l-FA Cup, tliet darbiet il-League Cup, iċ-Champions League u l-Europa League.
Terry issa se jkun qed jilgħab mat-tim ta’ The Championship u rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li jekk Aston Villa jiksbu l-pormozzjoni Terry jingħata bonus ta’ erba’ miljun lira sterlina.
Terry ffirma kuntratt ta’ sena ma’ Aston Villa wara li rrifjuta offerti mingħand klabbs bħal ma huma Galatasaray, West Brom u Swansea.
//= $special ?>