Lokali Parlament

Kostruzzjoni ma tieqaf xejn f’Tas-Sliema u San Ġiljan

– Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li bħalissa f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan hemm problemi kbar u kontinwi kaġunata min xogħlijiet ta’ kostruzjzoni li m’huma jieqfu xejn anki matul il-ġranet ta-sajf meta suppost jieqfu.

Fid-dibtatitu dwar l-Awtorità tal-Ippjanar, id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal dan is-sajf ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fiż-żona ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema qed ikompli bis-saħħa minkejja li hemm il-liġi li ma tħallix li dan isir.

Dan qed ikollu effetti negattivi fuq it-turiżmu li qed ikollhom jgħaddu minn ċertu toroq waqt il-vaganzi tagħhom f’Malta.
Karl Gouder qal li kull meta jsiur alqgħat mal-iżvilupaturi jkunu hemm persentaġġ għoli ta’ qbil u għalhekk jistgħu jinstabu soluzzjonijiet.

Hu qal li l-iżvilupp għandu jsir iżda jridu jsiru kunsiderazzjonijiet kbar għaliex f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan beda proċess li bih dawn iż-żewġ lokalitajiet qed jikriehu. Jeħtieġ li jiddaħħlu elementi ta’ siġar u l-iżvilupp ikun sostenibbli.

Problema kbira oħra se tkun fl-infrastruttura ta’ taħt l-art li għandha tkun ikkunsidrata.