– Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-agri-turiżmu hu settur li għandu jkun ikkunsidrat bl-akbar serjetà għaliex jista’ jkun is-salvazzjoni għall-bdiewa u r-raħħala.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-Awtorità tal-Ippjanar Toni Bezzina tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-bdiewa u r-raħħala u ppropona li ssirx distinzjoni bejn raħħala li jrabbu l-baqar, il-ħnieżer u dawk li jrabbu l-fniek u t-tiġieġ. Dan il-pass diġà sar fil-każ taċ-ċnus.
Din il-policy għandha tapplika għall-bdiewa u r-raħħala ġenwni li għandhom jingħataw l-għodda biex jaħdmu r-raba’ tagħhom għaliex l-inġenji involuti biex tinħadem ir-raba’ huma kbar.
Toni Bezzina tkellem dwar l-agri-turiżmu u qal li dan jista’ jkun ta’ attrazzjoni turistika partikolarment f’Għawdex. Dan jista’ jkun is-salvazzjoni tal-bdiewa u r-raħħala Malitn għaliex jagħti valur lill-prodott agrikolu Malti u jsebbaħ il-pajsaġġ waqt li titnaqqas l-istaġġjonalità. Dan jista’ jkun suċċess biss bl-involviment tal-bdiewa ġenwini.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jekk hemm post ftit iżgħar l-prsuna jrid jirregolarizza d-dar kollha bi ħlasijiet kbar waqt li fil-każ fejn kien hemm nuqqas minuri l-ammont kien żgħir ħafna.
Din is-sitwazzjoni qed iġġib diffikultajiet. Bniedem li bena dar bla permess irid iħalls daqs bniedem li kellu biss irregolarità minima. Din hi inġustizzja biex min għandu problema minuri ma jsofrix konsegwenzi kbar.
//= $special ?>