Lokali Parlament

L-Awtorità tal-Ippjanar bi sfidi quddiem lokalitajiet urbani u rurali

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha sfidi kbar quddiemha f’lokalitajiet urbani u rurali.

F’diskors fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Awtworità tal-Ippjanar Karol Aquilina qal li l-Awtorità tal-Ippjanar hi fost l-iktar awtoritajiet b’saħħithom fil-pajjiż għaliex id-deċiżjonijiet li tieħu jeffettwaw lill-pajjiż.

Hu tkellem dwar l-isfidi li għandu l-lokal tas-Siġġiewi u qal li l-Awtorità għandha obbligu li tipproġeti l-ambjent rurali.

Hu semma wkoll Tas-Sliema fejn hemm konċentrazzjoni ta’ bini fejn in-nies jgħixu fi spazju ristrett ħafna u li joloq tensjonijiet fosthom bil-parkeġġ.

L-iżviluppaturi qed jirnexxielhom jiksbu eżenjonijiet mill-awtoritajiet biex ikomplu bix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema. Dawn qed ikollhom effett negattiv ħafna fuq il-lokal.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex ikun assigurata li l-politika tal-Awtorità tkun favur il-ġd komuni tal-poplu.