Lokali

L-Awtorita’ tal-Ippjanar tapprova żvilupp kbir f’Ħ’Attard

L-Awtorita’ tal-Ippjanar illejla approvat żvilupp kbir f’Ħ’Attard, f’wieħed mill-postijiet miftuħa li fadal fir-raħal.

Il-permess kien approvat kif propost b’xi emendi żar fil-pjan.

Is-sibt li għadda numru kbir ta’ residenti ħarġu jipprotestaw kontra dan l-iżvilupp fi Triq Dun Mikiel Xerri.

L-iżvilupp propost hu dak ta’ diversi maisonettes, appartamenti u penthouses li se jkun gholi 17-il metru.

Preżenti għas-smiegħ kien hemm diversi residenti, id-Deputat David Agius, is-Sindku ta’ Ħ’Attard Stefan Cordina u diversi kunsilliera li lkoll oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp.