-Marlene Farrugia, PD
Id-deputat Marlene Farrugia qalet li s-settur tal-artijiet ma tħalliex organizzat u għalhekk appellat biex isir pjan fit-tul għall-artijiet biex ikun stabbilit liema arti hi tal-gvern u liema mhix.
F’diskors fil-parlament dwar l-Awtorità tal-Artijiet, Marlene Farrugia appellat biex il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Artijiet ikunu mgħejjuna fix-xogħol li għandhom.
Marlene Farrugia tkellmet war il-valutazzjoni tal-art tal-Gvern u qal li meta l-artijiet jingħaddew lill-privat, il-poplu jieħu l-vlaur tagħha. Id-deputtai għandhom jibqgħu ħielsa minn kull irbit li jista’ jxekkilhom.
Illum qed jittieħed il-frott ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu f’leġiżlazzjonijiet preċedenti inkluż fil-kriżi internazzjonali meta xorta ma ngħatax art lill-privat. Dawn l-artijiet għandhom jibqgħu heemm għal żminijiet diffiċli li l-pajjiż jista’ jffaċċja fil-futur.
Marlene Farrugia qalet li l-Gvern Laburista jaf x’inhi l-problema li kellu fl-aħħar leġiżlatura u appellat biex ma jkunx hemm inġustizzji bejn in-negozjanti li jinvestu fil-pajjiż.
Hi qalet li l-poplu għandu jkollu aċċess għall-art kollha u m’għandux iħallas biex jużaha. Il-gvern għandu jġib rispett lejn in-nies u l-familja għandha tinżamm fiċ-ċentru tal-politika.
//= $special ?>