Internazzjonali

Miet Paolo Villaggio; Fantozzi jħalli warajh ħafna memorji ta’ daħk u komiċita`

Il-komiku Taljan Paolo Villagio, magħruf għall-karattru ta’ Fantozzi, miet dan il-lejl f’Ruma.

Kienet it-tifla tiegħu Elisabetta li ħabbret fuq Facebook il-mewt ta’ missierha. Taħt ritratt ta’ missierha hi kitbet hekk: “Insellimlek papà, issa tinsab liberu li terġa’ ttir”.

Paolo Villaggio kellu 84 sena u kien minn Genoa. Bħala attur, tul il-karriera tiegħu rebaħ diversi unuri prestiġjużi, u fl-Italja kien meqjus bħala ikona tat-televiżjoni.