Internazzjonali

Moscovici interessat għal president tal-Kummisjoni Ewropew

Pierre Moscovici, il-kummissarju Franċiż għall-finanzi tal-Unjoni Ewropea, it-Tnejn ħabbar li kien “interessat” li jikkontesta għal president tal-Kummisjoni Ewropew.

Hu iżda żied li “ż-żmien għal kandidatura għadu ma wasalx”. Fl-aħħar tal-ġimgħa, f’intervista li kellu qal li hu għandu “l-esperjenza neċessarja” għal din il-pożizzjoni u li hu jidħol għal din il-kampanja biex jirbaħ.