In-Nazzjon jiżvela kif is-servizz sigriet Malti qiegħed jiġi użat biex isus wara uffiċjali tal-Financial Intellegence Analysis Unit (FIAU). Fl-istorja In-Nazzjon jagħti aktar dettalji dwar kif Kastilja qed tirrikorri għas-Servizz Sigriet Malti f’xogħol ta’ ġbir ta’ informazzjoni u shadowing ta’ uffiċjali tal-FIAU.
Storja oħra ewlenija fl-ewwel paġna tal-ġurnal tittratta l-appell li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil lill-Gvern biex ningħaqdu fuq emendi li jassiguraw ugwaljanza u jisħaq fuq l-importanza li jsiru emendi għal-liġi li qed jipproponi l-Gvern dwar żwieġ ta’ persuni bejn l-istess sess.
In-Nazzjon ikompli jsegwi dak li qiegħed jiġri fil-Mediterran u fl-Italja bil-wasla ta’ aktar immigranti max-xtut u mal-kosta tal-Italja, u tikkwota ġurnalist Taljan li jiddeskrivi lil Malta bħala pajjiż fortifikat ukoll mill-wasliet tal-immigranti.
Bħal kull nhar ta’ Tnejn, In-Nazzjon ikompli bis-serje ta’ intervisti ma’ Oliver Friggieri, li llum janalizza kif il-modernità ta’ Malta hi l-qedem tagħha u jittratta lil Malta llum bħala gżira turistika u jagħti l-ħsibijiet tiegħu dwar jekk Malta llum hix biss kartolina jew btala ffullata biss.
//= $special ?>