-Marlene Farrugia, PD
Id-deputat tal-PD Marlene Farrugia qalet li n-nies qed iħossuhom bla saħħa u bla vuċi quddiem l-iżviluppaturi tal-bini.
Meta kienet qed titkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Awtorità tal-Ippjanar, Marlene Farrugia qalet li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet minn dejjem problema iżda issa din kibret.
Hi qalet li hi favur żvilupp sostenibbli bi pan studjat u kkritikat id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar id-deċiżjoni li jinbnew żoni kbar fi Triq Dun Mikiel Xerri f’Ħ’Attard.
Il-Ġżira saret qisha l-Lebanon fil-gwerra, sostniet Marlene Farrugia, li kompliet li l-Gvern qed jitmexxa minn min qed jimliehom il-but biex jagħmlu l-kampanji elettorali. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod immedjat għaliex il-poplu tilef il-fiduċja fl-Awtorità tal-Ippjanar.
Hi tkellmet dwar l-ispazju li għandhom jingħataw l-impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar u appellat lill-iżviluppaturi li jieħdu r-riskji biex jinvestu iżda dawn jafu li l-pajjiż għandu limitazzjonijiet.
//= $special ?>