Is-Segretarju tal-MFA Angelo Chetcuti ta dettalji wkoll dwar is-season tickets. Hu qal li għaddejjin b’taħdidiet biex fl-aħħar ikun hemm is-season ticket għal partitarji fil-logħbiet tal-kampjonat Premier. Dan wara diskussjonijiet bejn l-MFA u l-Premier League Standing Committee fejn hemm ottimiżmu li jista’ jintlaħaq qbil imminenti u mhux eskluż li saħansitra minn dan l-istaġun jibda jkun użat is-season ticket.
Jidher li l-prezz tas-season ticket se jkun differenti minn dak kif propost qabel hekk kif l-MFA mistennija tagħti s-season ticket bi prezz lill-klabb, u l-klabb jiddeċiedi hu kemm irid ibigħ is-season ticket lill-partitarju. Hu mifhum li s-season ticket se jkun miftuħ biss għal partiti tal-klabb partikolari biss. Aktar dettalji mistennija fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.
//= $special ?>