Lokali Parlament

Riklam li weġġa’ lin-nies

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li r-riklam tal-Aħħar Ċena kien wieħed provokattiv u li weġġa’ lin-nies.

Meta kien qe djitkellem fl-Aġġornament, Ivan Bartolo qal hemm impressjoni li d-deputati fil-parlament mhux dejjem jirrapreżentaw dak li jemmnu fih u li hemm deputati jibżgħu jitkellmu.

Hu tkellem dwar riklam kontroversjali tal-Aħħar Ċena u qal li minħabba l-libertà tal-espressjoni ma tistax twaqqaf li opri tal-arti reliġjużi jintużaw għal skopijiet ta’ persuni spiritwali. Il-liġi tal-vilivikazzjoni tar-reliġjon neħħiet u issa qed naraw il-konswgenzi.

Bħal dan il-każ se jkun hemm iktar fil-futur għaliex din il-liġi tal-2015 twassal biex is-sentiment ta’ ħafna Maltin ikun imweġġa’ bla ma dawn jistgħu jiddefendu lilhom innfushom. Fl-2015 il-gvern missu issalvagwardja l-ħsibijiet ta’ reliġjonijiet differenti.

Ħadd ma ta kas in-nies li kienu imweġġa’. Fil-mument dawn is-sentimenti qed jerġgħu jiġġeddu. It-twemmin Kristjan mhux riġidu iżda qed tinqabeż il-linja u dawn qed ikunu provokanti għall-inkwiet fil-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk Malta hix qed tinbidel għall-aħajr jew għall-agħar. Id-diskors fuq id-drittijiet irid ikun imsieħeb ma’ diskors dwar id-dmirijiet. Il-ħajja hi mibnija fuq il-valuri u mhux fuq il-flus biss.

Ivan Bartolo kompla li min jibqa’ fis-silenzju jkun qed ikun kompliċi u jgħin biex jitettqu iktar aġendi ta’ dn it-tip. Fejn se naslu b’dan kollu? Il-maġġoranza siekta qed tabdika u tħalli minoranza storbjuża taħdem f’soċjetà suppost demokratika.

L-aqwa żmien għal min jemmen hu l-Ewkaristija, sostna Ivan Bartolo, li kompla li dan hu riklam bla gosti u jweġġa’ s-sentimenti reliġjużi tal-bniedem f’isem il-kumemrċjaliżmu. Min jikkritika lill-President u lid-deputati jista jasal ħabs iżda min iwaqqa’ ċ-ċajt l-Aħħar Ċena ma jeħel xejn.

Ir-riklam sar bi skop ġenwin iżda kien hemm min ħa għalih tant li kien hemm għamel vandlaiżmu fuq dan ir-riklam. Hemm bżonn li l-provokazzjoni ikunu evitati għaliex il-persuni tal-lemin estrem irreaġixxew billi persuna minnhom marret u qattgħet dan ir-riklam.

Dan jista’ jwassal għal reazzjoni kontra l-Iżlam bil-konsegwenza li jinqalgħu inċidenti. Il-parlament irid jara li ma tiżdiedx it-tensjoni għax xi erba’ tal-lemin estrem jirreaġixxu. Dan hu inkwiet li l-pajjiż m’għandux bżonnu.