Uffiċjal Iraqi qal li inqatel suldat u weġġgħu diversi oħra. Dan f’attakk li għamlu żewġ nisa li kienu qiegħdin jistaħbew fost grupp li kienu qed jaħarbu mill-ġlied. Il-mira tagħhom kienet fuq truppi Iraqin f’Mosul.
Sgt. Ali Abdullah Hussein qal li dan l-attakk kien l-iktar wieħed riċenti mill-grupp tal-ISIS. Dan wara li l-militanti issa qed jikkontrollaw biss madwar kilometru kwadru b’kollox f’Mosul – belt li darba kienet simbolu tal-qawwa tal-grupp. Hussein qal li l-attakk seħħ it-Tnejn filgħodu viċin il-Moskea al-Nuri. Hu qal li f’dawn l-aħħar tliet t’ijiem, tal-anqas erbgħa attakki kienu immirati għall-forzi Iraqi hekk kif mijiet ta’ nies ħarbu ’l bogħod mill-ġlied li kien hemm fil-Belt l-Antika.
//= $special ?>