Internazzjonali

Tarbija tmut wara li ġiet minsiha f’karozza

Tarbija ta’ sentejn mietet f’Utah fl-Istati Uniti wara li tħalliet f’vann fix-xemx minn membri tal-familja tagħha . It-tarbija nstabet mitlufha minn sensiha minn missierha wara li rritorna minn attivita reliġjuża. Huwa maħsub li t-tarbija raqdet u ġiet minsiha waqt li membri tal-familja ħarġu mill-vann.

Dan l-inċident huwa is-sittax-il każ fatali ta’ din is-sena u t-tnax-il wieħed f’Utah mill-1996.