Birkirkara u Floriana hi l-aktar logħba li tispikka mill-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier hekk kif dalgħodu telgħu l-poloz tal-erba’ kampjonati organizzati mill-MFA.
Il-kampjonat BOV Premier se jibda fit -18 ta’ Awwissu u jintemm fil-21 ta’ April filwaqt li wara jintlagħbu s-semifinali u l-finali tal-FA Trophy. Din hi l-ewwel darba li l-kampjonat se jintlagħab b’14-il tim u għalhekk kull tim se jilgħab 26 logħba fuq żewġ rawnds.
Ir-rebbieħ tal-kampjonat jidħol fiċ-Champions League, min jispiċċa t-tieni u t-tielet jidħol fl-Europa League flimkien mar-rebbieħ tal-FA Trophy. Minn din is-sena se jibda jkun hemm logħba l-Ġimgħa, u l-maġġoranza erba’ logħbiet is-Sibt u żewġ logħbiet il-Ħadd, bil-logħbiet jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali, fil-Hibernians Stadium, is-Centenary Stadium u l-Victor Tedesco Stadium.
L-ewwel ġurnata
Balzan v Naxxar L.
Hibernians v St. Andrews
Sliema W. v Senglea A.
Tarxien R. v Ħamrun S.
Valletta v Mosta
Birkirkara v Floriana
Lija A. v Gżira U.
Kampjonat BOV I Div
Il-kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni se jibda fit-8 ta’ Settembru u jintemm fit-22 ta’ April. L-14-il tim fil-kampjonat se jilagħbu żewġ rawnds b’total ta’ 26 logħba.
It-tielet tim fil-klassifika jilgħab play-off kontra t-tielet mill-aħħar tal-Premier, u jkunu promossi żewġ timijiet. Se jintlagħbu logħba l-Ġimgħa u l-maġġoranza żewġ logħbiet is-Sibt u erba’ logħbiet il-Ħadd.
L-ewwel ġurnata
Żejtun C. v Qrendi
Pieta H. v Rabat A.
San Ġwann v Vittoriosa S.
Mqabba v Żebbuġ R.
Marsa v Qormi
Żabbar SP v Pembroke A.
Sirens v Melita
Kampjonat BOV II Div
Il-kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni se jibda fid-9 ta’ Settembru u jispiċċa fil-15 ta’ April. 13-il tim se jilagħbu total ta’ 24 logħba fuq żewġ rawnds, b’min jispiċċa t-tielet fil-klassifika jilgħab kontra min jispiċċa t-tielet mill-aħħar fl-ewwel diviżjoni.
Il-format tal-logħob se jintlagħbu bħall-istaġun li għadda u simili bħal dawk tat-tielet diviżjoni u l-logħbiet se jintlagħbu fil-Luxol Stadium, fis-Sirens Stadium u s-Centenary Stadium.
L-ewwel ġurnata
Kalkara v Siġġiewi
Attard v Santa Lucia
Birżebbugia v Għargħur
St. George’s v Luqa SA
Swieqi U. v Mġarr U.
Fgura U. v Marsaxlokk
Kampjonat BOV III Div
Il-kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni se jibda fis-16 ta’ Settembru u jintemm fil-15 ta’ April. B’kollox se jkun hemm 12-il tim li se jilagħbu żewġ rawnds għal total ta’ 22 logħba.
Żewġ timijiet se jkunu promossi filwaqt li min jispiċċa t-tielet jilgħab play-off kontra minn jiġi t-tielet minn l-aħħar fit-tieni diviżjoni. Il-maġġoranza tal-logħbiet se jkunu erba’ logħbiet is-Sibt u żewġ logħbiet il-Ħadd u l-logħob se jintlagħbu fiċ-Charles Abela Stadium, fis-Sirens Stadium u l-Luxol Stadium.
L-ewwel ġurnata
Msida SJ v Mdina K.
Ta’ Xbiex v Mtarfa
Xgħajra T. v Għaxaq
Dingli S. v St. Venera L.
Mellieħa v Marsaskala
Żurrieq v Kirkop U.
//= $special ?>