Internazzjonali

Tmienja iweġġgħu f’attakk li seħħ viċin moskea fi Franza

Tmienja minn nies indarbu fi sparaturi barra moskea f’Avignon fi Franza. Is-suspettati bdew l-attakk il-Ħadd għal xi 10:30 ta’ filgħaxija, ħin lokali. Iżda l-attakk mhux qed jitqies bħala wieħed terroristiku.

Iż-żewġ suspettati kellhom wiċċhom mgħotti u kellhom pistola u ċenter fil-pussess tagħhom. Erbgħa minn nies ġew imweġġa’ barra l-moskea filwaqt li familja ta’ erbgħa, fosthom tifla ta’ sebgħa snin, ukoll sofrew xi feriti minn splużjoni li seħħet.

Xhieda li kienu fuq ’il post qalu li n-nies bdew jiġru hekk kif raw liż-żewġ suspettati joħorġu mill-karozza u bdew jisparaw. Huwa mifhum li b’kollox kien hemm erbgħa minn nies iżda tnejn minnhom biss bdew jisparaw.

Il-Ħamis raġel ġie arrestat wara li saq karozza fuq folla nies quddiem moskea f’Pariġi. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-aċċident. Franza baqgħet f’sigurta` għolja wara l-attakk fatali li sar fuq il-pulizija ta’ Pariġi f’April u wara sensiela ta’ attakki terroristiki f’dawn l-aħħar snin.