Futbol Sport

UEFA – Hibernians u Balzan fl-azzjoni nhar it-Tlieta

(Ritratt - Trevor Sollars)

Nhar it-Tlieta jkunu fl-azzjoni żewġ timijiet Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA.
Hibernians se jilagħbu fit-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League.

Ġimgħa ilu f’Kordin Hibernians kienu kisbu rebħa ta‘ 2-0 kontra FC Tallinn u b’hekk għandhom ċans tajjeb li jkunu huma li jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss meta t-Tlieta fis-6pm jilagħbu barra minn darhom.

Fl-ewwel rawnd kien Jorge Pereira Da Silva li poġġa lill-Pawlisi fil-vantaġġ b’gowl b’daqqa ta’ ras u lejn it-tmiem il-plejer internazzjonali Malti Bjorn Kristensen irdoppja l-iskor.

Min jikkwalifika bejn Hibernians u FCI Tallinn jilgħab kontra SZ Salzburg tal-Awstrija.

Illum fis-5.45pm, Balzan se jkollhom biċċa xogħol ferm iebsa biex jeliminaw lil Videoton mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa League.

Huma kienu viċin li jiksbu draw barra minn darhom fl-Ungerija iżda żewġ gowls fl-aħħar 11-il minuta tal-logħba taw vantaġġ komdu lill-Ungeriżi li rebħu l-konfront 2-0.

Videoton skorjaw il-1-1 permezz ta’ Marko Scepovic fis-79 minuta u Balzan ġarrbu t-tieni gowl fl-aħħar sekondi qabel tmiem il-logħba b’gowl ta’ Danko Lazovic.

Balzan jilagħbu kontra Nomme Kalju tal-Estonja jew kontra B36 Torshavn tal-Faroe Islands jekk kemm-il darba jeliminaw lil Videoton.