Waqt l-attività tat-tlugħ tal-poloz, is-Segretarju Ġenerali Angelo Chetcuti żvela wkoll disinn ġdid tat-trofew tal-kampjonat Premier. Chetcuti qal li t-trofew se jkun tal-fidda u twil madwar 60 ċentimetru.
It-trofew bħalissa qed tinħadem u mistennija tkun f’Malta lejn tmiem Awwissu u l-bidu ta’ Settembru. Thomas Lyte ta’ Londra, li hi l-istess kumpanija li ħadmet it-trofew tal-FA Trophy, qed taħdem fuq dan it-trofew il-ġdid li se jkollu piż ta’ 3.5 kg fidda flimkien ma’ 1.5 kg bil-bażi.
Fl-istess attività ġie żvelat ukoll il-ballun li se jkun użat għal dan il-kampjonat. Il-ballun hu Nike Ordem 5 li hu l-istess ballun li ntuża fil-Premier League Ingliż u s-Serie A l-istaġun li għadda.
//= $special ?>