Lokali Mużika

Bħal-lum xahar Micheal Bolton se jkun f’pajjiżna

Michael Bolton u l-Band bħal-lum xahar se jagħti l-ewwel miż-żewġ kunċerti li għandu f'Malta.

Ir-rebbieħ ta’ bosta Grammy Awards, kantawtur u attivist soċjali Michael Bolton se jkun f’Malta bħal-lum xahar. Iż-żewġ kunċerti ta’ Michael Bolton se jsiru l-Ġimgha 4 ta’ Awwissu u l-Ħadd 6 ta’ Awwissu, li ġej, f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.

Michael Bolton igawdi popolarità internazzjonali assoluta. Tul il-karriera tiegħu huwa biegħ aktar minn 65 miljun diska. Dan l-isem bla ebda dubju huwa wkoll popolari f’pajjiżna.

Michael Bolton se jinġieb Malta minn CMC Promotions Malta.

Il-biljetti jistghu jinkisbu bit-telefon fuq (+356) 9982 1250 jew onlajn permezz tas-sit www.cmcpromotionsmalta.com.