– Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li minkejja x-xejra tal-ekonomija, fil-pajjiż hawn eluf ta’ żgħażagħ li la jirreġistarw għax-xogħol u lanqas jattendu xi istituzzjoni edukattvi, bil-konsegwenza li dawn qed jintilfu fis-sistema.
Fil-parlament Therese Comodini Cachia qalet li n-numru ta’ ħaddiema llum ilaħħaq 192,000 persuna jaħdmu iżda mikejja d-diskors dwar l-ekonomija, hemm numru ta’ familji li d-dħul tagħhom hu ta’ €1000.
Hi staqsiet jekk da hux biżżejjed biex dawn il-persuni, li jaqilgħu €1000, jgħixu ħajja ta’ kwalità u jekk wasalx iż-żmien għal miżuri biex dawn jibdew jaqilgħu iktar għaliex jidher li mhux isir biżżejjed.
Din ir-responsabbitlà m’għandux iġorrha biss min iħaddem u qalet li hawn ħaddiema li huma umiljati meta jirċievu l-paga fl-aħħar tax-xahar. Hawn ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol iżda jitħallsu inqas minn sħabhom.
Il-ħaddiema li għandhom iktar opportunitajiet għat-taħriġ jistgħu isibu xogħol aħjar u b’kundizzjonijiet aħjar. Jeħtieġ li l-pajjiż juża l-fondi tal-UE bl-aħjar mod; fondi li huma intenzjonati biex isaħħu t-taħriġ u l-impjiegi.
Dawn kienu miljuni li nfetqu fuq il-ħaddiema b’differenza minn dan il-gvern li ta l-miljuni lill-GWU li qed iddaħħal il-flus minn fuq il-ħaddiema. Dawn huma ħaddiema li lanqas biss jirċievu l-istess kundizzjonijiet bħal ħaddiema oħra. Hi staqsiet kemm se ddum din l-iskema rigal u kemm qed jingħataw opportunitajiet dawn il-ħaddiema li qishom ingħataw b’rigal lill-GWU.
Hi qalet li suppost beda programm ta’ €7 li hu t-Training for Emmloyment biex sal-2020 l-persuni invovluti jingħataw għotja f’kors ta’ ħiliet u taħriġ. Importanti wkoll li tingħata attenzjoni lill-persuni li jaħddmu u li jinvestu fit-taħriġ tal-ħaddiema.
Therese Comodini Cahcia qalet li l-pajjiż irid jirrikonoxxi l-ġid li dawn il-kumpaniji jagħmlu u għandhom jingħataw ferm iktar iċentivi u opportunitajiet.
Dwar il-proġetti finanzjati mill-UE Comodini Cachia qalet li l-gvern ħela l-2016 f’burokrazija interna u nuqqas ta’ għarfien dwar kif isiru l-affarijiet biex ikunu approvati fondi relatati għax-xogħol mill-UE.
Hi semmiet ir-rapport tal-NAO li investiga il-kontribuzzjoni tal-fondi strutturali dwar ix-xogħol. Hu nnotat li r-rapport jispeċifika li sat-30 ta’ Ġunju 2016 ma kien hemm l-ebda proġett approvat u sa Novembru 2016 kien hemm proposti għal proġetti iżda ma kien iffirmat l-ebda ftehim għal dan l-għotjiet. Danw huma xhur moħlija.
Dwar l-ETC u l-modernizzar relatati, jirriżulta li il-Gvern nefaq €65,000 fuq isem u sinjal ġdid għall-Jobsplus. Dan l-eżerċizzju seta’ ġab skmemi u kundizzjonijiet għall-ħaddiema iżda €65,000 setgħu ntużaw għal dawk li qed ifittxu x-xogħol. Hawn madwar 9,000 bla xogħol u hawn biss 66 persuna li għandhom impjieg minn kull 100 disponibbli. Is-sena li għaddiet kien hawn 5,000 persuna jirreġistraw.
Dan filwaqt li hawn 7,000 żagħżugħ li mhux qed jidhru fir-reġistru tax-xogħol. Hi qalet li dawn il-persuni li jinqatgħu minn fuq ir-resġistru tax-xogħol iriud jkunu mgħejjuna.
//= $special ?>